MESC 2025:
Kurt Anthony - "Miegħek Biss"
Miegħek Biss
Nistqarr li ħa nesprimi kliem
Li ma ħassejt qatt
Kliem speċjali mill-fond tal-qalb
Li m'għidtu lil ħadd
Minkejja li nkunu ftit 'il bogħod
L-imħabba tibqa' hemm
U maż-żmien din bħal donnha tikber
Diffiċli biex tintemm
Int lil ħajti tagħti l-kulur
F'għajnejk biss jien nara l-futur
Miegħek biss
Miegħek ngħix l-isbaħ melodija
Li timlini b'tant enerġija
Miegħek biss u miegħek biss
Għalik ngħix għax int m'intix bħal bqija
Miegħek ħlomt bil-fjur taż-żgħożija
Li jkompli jkattar ġewwa fija
Nistqarr li l-ħolm reali sar
Kif lilek ħdejja sibt
Għax fl-aħħar fhimt
Li lura l-ferħ kont ksibt
Minkejja l-isfidi ta' kuljum
Mingħajrek jien m'jien xejn
B'hekk nissieltu kontra kull kurrent
Ħa ngawdu aħna t-tnejn
Int lil ħajti tagħti l-kulur
F'għajnejk biss jien nara l-futur
Miegħek biss
Miegħek ngħix l-isbaħ melodija
Li timlini b'tant enerġija
Miegħek biss u miegħek biss
Għalik ngħix għax int m'intix bħal bqija
Miegħek ħlomt bil-fjur taż-żgħożija
Li jkompli jkattar ġewwa fija
Miegħek biss
Miegħek ngħix l-isbaħ melodija
Li timlini b'tant enerġija
Miegħek biss u miegħek biss
Miegħek biss għalik ngħix għax int m'intix bħal bqija
Miegħek ħlomt bil-fjur taż-żgħożija
Li jkompli jkattar ġewwa fijа
Miegħek bisѕ
Artist | Kurt Anthony |
Title | Miegħek Biss |
Title (English) | With You Only |
Composers | Enrico Palmosi, Gilbert il-Bibi |
Lyricist | Emil Calleja Bayliss |
Language | Maltese |